Ikklikkja fuq l-istampa t'hawn taħt biex tara t-tbassir tat-temp għal għada
Konsonanti li jixxiebħu from Sarah Tanti
Harifa from Marisa Bajada
Ir-rebbiegħa from eremo
L-Aġġettivi 1 from Sarah Tanti
In-Numri from Sarah Tanti
Il-Plural from Sarah Tanti
L-Artiklu from Sarah Tanti
Is-sillabi
Kull kelma hi magħmula minn konsonanti u vokali. Biex inkunu nafu kif jinkitbu jew jinqraw, aħna naqsmu l-kliem f'sillabi. Kull sillaba jrid ikollha vokali waħda biss.
Eżempji: ġurnata = ġur - na - ta
Jannar = Jan - nar
Meta kelma jkollha vokali waħda biss, ikollha sillaba waħda, għalhekk ma tinqasamx.
Eżempji: bieb = bieb
bir = bir
In-nomi
In-nomi huma ismijiet ta' nies, annimali, postijiet u affarijiet. L-ismijiet kollha tagħkom huma nomi wkoll! Araw ftit dawn is-sentenzi ... il-kliem ħomor huma kollha nomi:
1. In-nanna xtratli gomma u riga għall-iskola.
2. Salvu mar sal-Mosta biex jiltaqa' ma' Ġorġ.
In-nomi jinqasmu f' dawk komuni u propji. L-ismijiet ta' nies, annimali, postijiet u affarijiet huma propji, u dejjem jibdew b'ittra kapitali.
Nomi komuni - Nomi propji
kelb - Fido
tifla - Maria
vapur - Titanic
skola - Kulleġġ Maria Reġina
No comments:
Post a Comment